Il-poplu Malti u Għawdxi jidher li huwa ottimist u pożittiv dwar il-pjan tal-gvern għal riġenerazzjoni ekonomika biex tgħin lill-familji u n-negozji.
ONE News niżel fit-toroq tal-Belt biex jieħu l-ewwel reazzjonijiet lill-pubbliku dwar dan, u l-kummenti kienu diversi fuq miżuri li se jolqtu lin-nies b’mod pożittiv.
Uħud min-nies li tkellimna magħhom qalulnaL
- “Voucher importanti, żgur.”
- “Hija inċentiva, xi ħaġa żgħira imma tgħin.”
- “Jiena m’għandix xi ngerger xejn, avolja pensjonanta, dejjem għamlu ġid.”
Il-pjan li l-Gvern ħabbar it-Tnejn filgħaxija jkompli jinċentiva l-bżulija, partikolarment lil dawk in-negozji li kellhom jagħqlu tul il-pandemija.
Minkejja dan il-familji tagħna xorta ma ngħatawx il-ġenb, u dan inħass fil-miżura ta’ tnaqqis ta’ seba’ ċenteżmi fil-prezz tal-fjuwil. In-nies li tkellimna magħhom stqarrew:
- “Ma nsuqx imma għat-tfal tiegħi tajjeb ukoll, għax li tiffranka ftit minn hemm jgħallem.”
- “Tolqotni wkoll u kuljum għax kuljum niġri bil-karozza.”
- “Aħna ma tantx nużawha għax anzjani u ma tantx noħorġu, nużaw ħafna tal-linja, imma tgħallem ukoll, jekk mhux għalija għat-tfal.”
Hawnhekk spikkat ukoll is-sens ta’ solidarjetà u responsabbiltà tal-poplu fil-konfront tan-negozji milquta, u laqgħu lkoll il-fatt li dan il-pjan iffoka fuq il-qawmien mill-ġdid tal-operat tagħhom.
Dawk li tkellimna magħhom qalulna:
- “Għoġbitni wkoll jiena li l-ħwienet se jnaqqsilhom l-ammont mill-kont tad-dawl, dik għoġbitni ħafna għax tgħinhom.”
- “Laqatni tajjeb ħafna għan-negozjanti u għal kulħadd, għax msieken kienu magħluqa.”
- “Għoġobni ħafna, hija għajnuna kbira għal kull wieħed u waħda minnha għax kulħadd sofra minn din il-pandemija, imma naħseb huwa pożittiv ħafna.”