Tfajla Svizzera ta’ 18-il sena sofriet ġrieħi gravi wara li waqgħet minn ġo xaft fl-Imġarr.
Fis-sagħtejn u nofs tal-dalgħodu fi Triq il-Vanilja, l-Isvizzera waqgħet minn fuq bejt ta’ residenza, għoli ta’ madwar tliet sulari, u ġiet ġo xaft.
Fuq il-post iseejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċvili flimkien ma’ team mediku li assistew lill-vittma. Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz t’ ambulanza u iżjed tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi iżda mhix fil-periklu tal-mewt.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.