Il-Gvern se jagħti rifużjoni ta’ 50% tal-kontijiet tad-dawl lin-negozji għal Lulju, Awwissu u Settembru ta’ din is-sena, sa massimu ta’ €1,500 għal kull applikant. Dan kollu se jsir b’nefqa totali ta’ €30 miljun.
Minn din il-miżura, li tħabbret bħala parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li fassal il-Gvern, se jgawdu 20,000 negozju, inkluż dawk kummerċjali.
Dan kollu se jkompli jgħin lin-negozji jkomplu jdawru r-rota kif tgħaddi l-pandemija Covid-19.