Il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika se jippremja wkoll ix-xogħol tajjeb li sar tul l-imxija mill-għaqdiet mhux governattivi u d-djar tal-anzjani.
Il-Gvern se jalloka €3 miljun sabiex jagħti nifs akbar lill-għaqdiet mhux governattivi li minħabba l-pandemija, id-dħul tagħhom naqas. Il-Gvern ħass li bħalma ta’ nifs lin-negozji, għandu jagħti nifs akbar lill-għaqdiet mhux governattivi.
Min-naħa l-oħra, il-Gvern se jalloka €2 miljun f’għajnuna lid-djar tal-anzjani li minħabba din il-pandemija kellhom sfidi akbar u żdidulhom l-ispejjeż.
Il-Gvern qed jirrikonoxxi l-impenn ta’ dawn id-djar li tul dawn l-aħħar tliet xhur kienu qed joperaw b’mod restrittiv u l-ħaddiema tagħhom qamu u raqdu f’dawn id-djar bl-għan li l-virus ma jixteridx u jinfetta lill-anzjani meqjusa fost l-aktar vulnerabbli.