Il-Gvern se jkun qed jagħti lura l-ħlas tal-liċenzja għal din is-sena lil negozji li fost l-oħrajn jaħdmu fil-qasam turistiku u kellhom jagħlqu għal xi żmien minħabba l-pandemija.
Din il-miżura se tiswa €5 miljun lill-Gvern.
B’din il-miżura mistennija jintlaqtu 3,065 persuna li għandhom liċenzja mad-Dipartiment tal-Kummerċ fosthom bejjiegħa tal-monti u bejjiegħa fit-toroq u 9,047 li għandhom liċenzja mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, fosthom lukandi, stabbilimenti tax-xorb, ristoranti u gwidi tat-turisti.
L-intrapriżi se jiġu mgħejjuna wkoll fi spejjeż t’operat fil-kirjiet.
Hawnhekk il-Gvern se jagħti €50 miljun għal spejjeż t’operat fil-kirjiet u l-intrapriżi li ngħataw għajnuna fil-ħlas tal-pagi minħabba l-Covid-19.