Se jitjiebu r-rati tal-in-work benefit.
Koppji li jaħdmu t-tnejn se jirċievu żieda ta’ €100 fuq id-dħul li ma jaqbiżx €18,111 fis-sena.
Dawk li jaqilgħu bejn €18,112 u €23,711 fis-sena se jirċievu żieda ta’ €50 filwaqt li dawk f’kategoriji ta’ dħul ogħla se jirċievu €30.
Dan ifisser li bl-ogħla rata, familja se tirċievi €1,400 għal kull wild.
Dan minbarra li l-massimu tad-dħul fl-ogħla kategorija li wieħed jibbenefika telgħet minn €24,812 għal €26,000.
Dawk il-koppji fejn jaħdem ġenitur wieħed biss ir-rati tal-in-work benefit se jiżdiedu bi €80, bir-rata massima titla’ għal €630 għal kull wild.
Il-massimu tad-dħul biex tikkwalifika għal dan il-benefiċċju issa tela’ minn €17,312 għal €22,000.
Is-single parents ukoll se jaraw titjib fir-rati hekk kif se jiżdiedu b’€50 sa massimu ta’ €1,400 għal kull wild.