Għat-tielet darba l-Gvern se jibgħat ukoll ċekk f’rifużjoni ta’ taxxa lill-ħaddiema kollha.
Din hija miżura oħra li tħabbret fil-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika.
Għaldaqstant, familja medja fejn iż-żewġ ġenituri jaħdmu, se jirċievu mat-€328 biex jgħinu n-negozji f’Malta u Għawdex u jsostnu t-turiżmu ntern. Din il-miżura se tiswa €11.5 miljun u minnha se jibbenefikaw ’il fuq minn 210,000 ħaddiem.
Dan ifisser li fuq medda ta’ tliet snin, b’din il-miżura biss, il-Gvern se jkun radd lil dawk kollha li jaħdmu madwar €35 miljun.