Illejla ONE se jkun qed ixandar edizzjoni speċjali tal-programm Pjazza mis-6pm ‘il quddiem.
Il-programm immexxi minn Karl Stagno Navarra se jkun qed jieħu t-telespettaturi sat-tħabbira tal-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li se jħabbar il-Prim Ministru Robert Abela kif ukoll l-ewwel reazzjonijiet wara li jitħabbar.
Fl-istudio se jkun hemm diskussjonijiet u analiżi minn diversi mistiedna.
Intant ONE News se jkun qed jagħti servizzi dettaljati ta’ dak imħabbar waqt il-bullettin li se jibda ftit iżjed tard mis-soltu.