Natalie Bonello ta’ 45 sena minn Marsaskala ġiet kkundanata 3 snin ħabs wara li nqdiet bil-Coronavirus u marret ġo dar ta’ anzjana u serqitilha l-ġojjellerija.
Il-każ ġara fis-7 ta’ April li għaddha, meta Bonello ħabtet il-bieb ta’ barra ta’ dar fl-Imsida, liebsa maskla ma’ ħalqha. Hija qalet lill-anzjana li qed tirrappreżenta kumpanija li tgħin lill-persuni vulnerabbli. Hija aljenat lill-anzjana u serqitilha l-ġojjellerija mill-kamra tas-sodda.
Jumejn wara Bonello tressqet il-Qorti u wieġbet mhux ħatja għall-akkużi. Iżda wara xahrejn arrestat, quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia hija ddeċidiet li tammetti l-akkużi.
L-ispettur Jonathan Ransley informa lill-Qorti li hija kkoperat mal-Pulizija u għenithom isolvu 6 serqiet oħra.