Aktar minn 40% tas-swali taċ-ċinema fiċ-Ċina huma f’riskju li jieħdu daqqa pjuttost skoraġġjanti. Dan ħareġ minn rapport mill-Assoċjazzjoni tal-Films fiċ-Ċina.
Minħabba li bosta swali kellhom jgħalqu b’mod temporanju matul din il-pandemija tal-Coronavirus, l-udjenza jaf issibha diffiċli tirritorna lura.
Miljuni ta’ Ċiniżi kellhom ċ-ċans li jerġgħu jsegwu diversi films online f’ambjent differenti mis-soltu grazzi għal għażla vasta ta’ films fuq servizz ta’ streaming.
B’nuqqas ta’ films kbar blockbuster fiż-żmien li ġej, eluf ta’ swali taċ-ċinema huma f’riskju li jagħlqu l-bibien tagħhom b’mod permanenti.