Matul il-perjodu tal-lockdown wieħed ma setax ma jinnotax li żdied aktar is-sajran fost in-nies, min jesperimenta riċetti ġodda u min jaħmi xi kejk. Dan minħabba li bosta persuni kellhom aktar ħin fuq idejhom.
Din id-domanda nħasset ukoll fl-imtieħen żgħar li jinsabu f’Wales.
Fost dawn in-negozji żgħar imma importanti u li jpoġġu l-platt tal-ikel sħun fuq il-mejda jew dik ix-xi ħaġa tajba ġiet innotata żieda konsiderevoli. Dan hekk kif f’xahar il-produzzjoni tad-dqiq rduppjat.