Għexieren ta’ eluf ta’ persuni baqgħu għaddejjin bil-protesti f’diversi bliet fl-Istati Uniti b’rabta mal-qtil ta’ George Floyd waqt li dan kien fil-kustodja tal-pulizija. L-akbar dimostrazzjoni qed issir fil-belt ta’ Houston f’Texas, bis-sehem tal-qraba tal-vittma.
Minkejja li l-Gvern Amerikan impona ħin għat-tmiem tal-protesti, bosta għażlu li jinjorawh. Dan wassal għal atti vjolenti f’numru ta’ protesti fejn saħansitra ntuża wkoll il-gass tad-dmugħ mill-Pulizija.
Il-Papa Franġisku qal li ma nistgħux nittolleraw ir-razziżmu, iżda kkundanna l-vjolenza ta’ waqt il-protesti.
F’Pariġi mal-20,000 persuna wkoll ħarġu jipprotestaw dwar il-qtil ta’ raġel ta’ karnaġġjon skur fl-2016, f’dawk li qed jissejħu eku tad-dimostrazzjonijiet fl-Istati Uniti.