Huwa issa kkonfermat minn Inkjesta Maġisterjali li Jason Azzopardi għamel allegazzjonijiet serji u foloz fil-konfront tal-Prim Ministru, il-Brigadier u membri tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Akkużahom fost ohrajn bi qtil volontarju ta’ immigranti u ried jibgħathom għomorhom il-ħabs.
Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li skont il-konklużjonijiet tal-Inkjesta, id-denunzji li instiga u ffirma Jason Azzopardi, ma kellhom ebda provi x’isostnuhom. Il-Magistrat Inkwirenti kkonkluda li Malta wettqet l-obbligi internazzjonali tagħha u l-persuni li pprova jweġġa’ Jason Azzopardi bl-azzjoni li ressaq, ma wettqu ebda mir-reati li gew allegati li saru minnhom.
Dwar dan il-każ, fl-aħħar jiem, Jason Azzopardi qal li m’hu se jagħmel apoloġija qatt u xejn.
Għalhekk, issa li l-Prim Ministru ppubblika l-Inkjesta Maġisterjali, kollox jinsab f’idejn Adrian Delia.
Il-Partit Laburista staqsa jekk Jason Azzopardi ma jerfax ir-responsabbilita sħiħa għall-azzjonijiet tiegħu, x’se jagħmel il-Kap tiegħu?