Il-viċi kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo ta verżjonijiet kunflinġenti dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-ajruport internazzjonali ta’ Malta.
Fi spazju ta’ ftit jiem semma xhur u dati differenti meta mitlub jikkummenta dwar il-ftuħ tal-ajruport li ngħalaq fuq parir tal-awtoritajiet tas-saħħa, f’Marzu li għadda bħala prekawzjoni kontra t-tixrid tal-Coronavirus.
“Jiena kieku, tgħidli d-dati, kontra l-Ministru ngħidlek data jiġifieri. Kieku jien by 15th September kont nagħmel timeline li niftaħ. Ikolli”
Iżda sa din il-ġimgħa l-verżjoni kienet diġa inbidlet sew. Waqt li indirizza konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista, saħansitra stqarr li lanqas hi importanti d-data ta’ meta għandu jiftaħ l-ajruport.
“L-importanti hija d-data. Id-data tista’ tkun f’Ġunju, Lulju meta trid.”
Sa filgħaxija stess fi programm ieħor fuq ix-xandir nazzjonali, Arrigo saħansitra żied il-Milied.
“Tista’ tkun fil-Christmas”