Matul l-ewwel nofs tas-sena 2016, il-volum ta’ frott u ħaxix frisk żdied bi 9.1%, filwaqt li l-valur bl-ingrossa naqas bi 2.0% meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2015.
Il-volum tal-frott u l-ħxejjex prodott minn bdiewa Maltin ra żieda ta’ 9.2% meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2015, dan il-volum jammonta għal 93.0% tal-provvista totali. Il-bdiewa Għawdxin pproduċew 7% tal-provvista totali.
Il-volum tal-frott u l-ħxejjex friski mibugħa fis-swieq uffiċjali ammontaw għal 22.4 miljun kilogramma , li jfissru qliegħ ta € 12,600,000.
Il-provvista ta’ ħaxix frisk żdiedet b’10.2% li jammontaw għal-21.2 miljun kilogramma aktar mill-2015.L-ikbar żieda rreġistrata kienet dik fi ħxejjex bħal brunġiel, dullieħ, karrotti u l-qarabagħli. B’kuntrast, il-valur fl-ingrossa ta’ ħaxix frisk naqas b’2.0% għal € 10,600,000.
Il-provvista ta’ frott frisk naqset b’7.5%, bl-eċċezzjoni ta’ frott bħal lumi, larinġ u frawli li żdiedu bi 43.2%, 10.0% u 4.0% rispettivament. Il-valur bl-ingrossa ta’frott frisk naqas bi 1.9% għal € 2.0 miljun.