Fil-bajja tar-Ramla, Għawdex, fekruna telgħet fuq l-art biex biedet il-bajd.
L-għaqda Nature Trust qalet li dan huwa l-ewwel każ ta’ bejta tal-fkieren f’Għawdex f’70 sena.
Spjegat li l-aħħar darba li kien hemm bejtiet tal-fkieren, kien f’Malta, sentejn ilu meta minn fost mija u tnax-il bajda, kienet waħda biss li ma faqqsitx.
L-għaqda ambjentali spjegat li l-fekruna telgħet l-art għal ħabta tal-għaxra ta’ bil-lejl u damet siegħa u nofs qabel irritornat fil-baħar.
Nature Trust spjegat li hija infurmat l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA biex il-bejta tiġi protetta hekk kif dan l-aħħar bajd tal-fkieren fuq ir-Ramla mistenni jfaqqas għal-Lulju.
Ġie appellat biex il-pubbliku jżomm id-distanza mill-bejta.
It-tip ta’ speċi ta’ fekruna li biedet hija waħda li tkun fl-oċejani u inċidentalment, fl-aħħar sigħat, f’Ragusa, fi Sqallija, fekruna wkoll telgħet fuq ir-ramel biex tbid.
Filmat: Mauro Carnati/Facebook