Il-mument li titwieled tarbija – esperjenza sabiħa u emozzjonali li ħafna ġenituri jkunu qed jistennew bi ħġarhom. Ma tantx hi l-istess is-sitwazzjoni meta tidħol l-emerġenza b’għaġġla biex twelled it-tarbija b’emerġenza wara li tkun vittma ta’ bomba – f’żona ta’ gwerra f’Aleppo.
Mayissa, vittma ta’ attakk mill-ajru tispiċċa fi triqta lejn l-isptar akkumpanjata mill-ftit tobba li kien fadal. Ixxukjata u ma tafx x’qed jiġri, it-tobba qed jikkurawha wara li weġgħet serjament f’din iż-żona ta’ gwerra. It-tobba jwelldu t-tarbija u jiġru biha fis-sala tal-operazzjonijiet – It-tarbija ma tibkiex.
Persuna fil-kamra saqsiet jekk qalb it-tarbija kinitx qed tħabbat iżda t-tobba b’qalb maqsuma jagħtu dik it-tweġieba li qatt ma xtaqu jagħtu – “Le. Jiddispjaċini.”
Stejjer bħal dawn jiġru ta’ kuljum f’żoni ta’ gwerra, li jħallu numru ta’ nies mejta ta’ kuljum.