Raġel ta’ 33 sena minn Ta’ Xbiex ġarrab ġrieħi gravi wara li għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:00 ta’ filgħodu fi Triq Tul il-Kosta, f’Baħar iċ-Ċagħaq.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.