Kumpaniji tal-manifattura tal-karozzi Ingliżi kważi ġew mwaqqfa matul ix-xahar ta’ April, dan hekk kif ir-rata niżlet għal 99.7% meta mqabbel max-xahar ta’ April tas-sena li għaddiet.
Skont is-soċjetà tal-manifattura u x-xiri tal-vetturi fir-Renju Unit din kienet l-inqas li rata li qatt mmarkat s’issa mit-Tieni Gwerra Dinjija.
Mal-197 karozza sportiva u oħrajn lussużi ħarġu mill-produzzjoni filwaqt li ħamsa u erbgħin minnhom marru għandi klijenti Ingliżi.
Dan it-telf ta’ madwar 400,000 karozza huwa mistenni li jiswa lill-industrija tal-karozzi Ingliża sa kważi 12.5 biljun sterlina.