Żewġ barranin inżammu taħt arrest wara li f’ każi separati nqabdu fil-pussess ta’ numru ta’ boroż ta’ kokaina u kannabis f’ Paceville, ilbieraħ filgħaxija.
F’ inqas minn 24 siegħa, Abdirashid Ahmed Sirad t’ 20 sena, mis-Somalia u Mohammed Husayn Mustafa Omar ta’ 29 sena li huwa refuġjat Libjan tressqu quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri f’ każijiet separati. It-tnejn qed ikunu akkużati b’ pussess aggravat ta’ droga.
Fiż-żewġ każijiet, l-akkużati wieġbu mhux ħatja u talbu l-ħelsien mill-arrest. Talbiet li kienu rrifjutati mill-qorti, fil-każ tal-Libjan b’ mod partikolari għax jgħix f’ ċentru miftuħ u għalhekk huwa diffiċli li tinżamm traċċa tiegħu.