Mal-ewwel dehra tiegħu taħsbu bħal ġonna oħra. Iżda meta toqrob biex tidħol fih l-affarijiet mhumiex ward u żahar. Qed nitkellmu dwar Alnwick Poison Garden, ġnien f’Northumberland, l-Ingilterra li fih hemm pjanti li jekk tagħmel kuntatt magħhom kapaċi jħalluk tal-post.
Huwa kkunsidrat d-dar ta’ l-aktar mitt pjanta terminali fid-dinja. Iżda minkejja dawn ir-riskji, huwa jservi ta’ attrazzjoni turistika għal dawk li jżuru t-tramuntana tar-Renju Unit. Mhux l-ewwel darba li kontra l-pariri ta’ dawk li jieħdu ħsieb il-ġnien kien hemm turistiċi li għax xammew jew missew uħud minn dawn il-pjanti spiċċaw ħażin.
L-istorja wara l-ftuh ta’ dan il-ġnien tmur lura fl-1995. Meta Jane Percy, id-Dukessa ta’ Northumberland ridet tirriġenera foresta mitluqa għal attrazzjoni iżda b’kunċett totalment differenti. Wieħed jista’ jimmaġina li huma ftit dawk it-turisti li jżuru dan il-ġnien partikolarment minħabba r-riskji li jeżistu. Kuntrarju ta’ dan, huwa estimat li mat-800,000 elf turist jżur Northumberland.