Il-Qorti Federali Ġermaniża qablet li l-vittmi tal-qerq tal-manifatturi tal-karozzi Volkswagen dwar l-emissjonijiet, għandhom jingħataw kumpens xieraq jew inkellha jagħtu lura l-karozza u jingħataw għaliha somma flus skont kemm għamlet mili.
Il-Qorti qalet li t-tbagħbis tas-software ma kien etiku xejn.
Id-deċizjoni tiftaħ it-triq għal eluf ta’ sidien ta’ karozzi Volkswagen biex jitolbu kumpens.
L-iskandlu tal-Volkswagen feġġ fl-2015 u hemm mas-sittin elf karozza li jaħdmu bid-diesel li ntlaqtu wara li l-karozzi ġew manifatturati bil-ħsieb li ma jinqabdux il-livelli t’emmissjonijiet.