Il-Ministru għall-Iskozja Douglas Ross irriżenja mill-Parlament Ingliż wara li ħareġ fil-beraħ li l-kosulent ewlieni ta’ Boris Johnson ivvjaġġa fi żmien il-lockdown.
Cummings affaċċja kritika wara li sar magħruf li f’Marzu għamel vjaġġ ta’ 260 mil lejn County Durham ma’ familtu. F’konferenza tal-aħbarijiet it-Tnejn, Cummings qal li ma jiddispjċihx ta’ dak li għamel.
Fi stqarrija Ross qal li ma jistax jiġġustifika dan mal-kostitwenti li jirrappreżenta, li ċċaħdu minn qrabathom għaliex segwew l-istruzzjonijiet tal-gvern.
F’reazzjoni, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Ingliż wera d-dispjaċir tiegħu għar-riżenja ta’ Ross u rringrazzjah ta’ ħidmietu f’Westminster.