Floriana ġew dikjarati ċampjins tal-kampjonat Premier wara li l-Kunsill tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, l-MFA ddeċieda li t-tim tal-futbol Furjaniż huwa r-rebbieħ tal-kampjonat li waqaf ħesrem f’Marzu minħabba l-imxija tal-Coronavirus.
Floriana għamlu staġun sħiħ fuq quddiem tal-klassifika u spiċċaw il-kampjonat meta twaqqaf, tliet punti fuq ir-rivali Valletta.
Floriana rebħu s-26 kampjonat wara li kienu ilhom 27 ma jirbħu l-aktar tazza prestiġjuża fil-futbol Malti.
Intant Tarxien Rainbows, l-uniku klabb li kien diġà matematikament relegat qabel l-istaġun twaqqaf ħesrem minħabba l-Coronavirus, ġie dikjarat li se jżomm postu fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti.
B’dan il-vot fil-kunsill magħmul fost l-oħrajn mill-rappreżentanti tal-klabbs tal-futbol, timijiet oħra li rebħu l-kampjonati rispettivi tagħhom ġew dikjarati ċampjins. Fost l-oħrajn Żejtun Corinthians rebħu l-kampjonat tal-ewwel Diviżjoni u l-Marsa rebħu dak tat-tieni Diviżjoni.
Fil-kunsill ittieħdu diversi voti fosthom dwar ir-relegazzjoni ta’ timijiet.
Tarxien Rainbows, l-uniku klabb li kien diġà matematikament relegat qabel l-istaġun twaqqaf ħesrem minħabba l-Coronavirus, ġie dikjarat li se jżomm postu fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti.
Fil-fatt 45 membru fil-Kunsill tal-MFA kienu favur li l-ebda tim ma jiġi relegat filwaqt li tmintax-il membri ivvuttaw kontra.
Kien hemm ukoll 11il-vot t’astensjoni.
Lija Athletic ġew promossi għall-Kampjonat Premier.
Magħhom ingħaqdu Żejtun Corinthians li għall-ewwel darba fl-istorja tal-klabb, ser jilagħbu fil-kampjonat Premier.
Anke Lija Athletic FC. ġew promossi għal Kampjonat Premier.
Mit-tieni diviżjoni Marsa, Marsaxlokk u San Ġwann ġew promossi għall-ewwel diviżjoni.
Intant minn staġun ieħor, il-kampjonat tat-tieni u t-tielet diviżjoni ser jilagħbu f’kampjonat bl-isem ġdid ta’ National Amateur League.
F’dan il-kampjonat ser jikkompettu 22 tim li ser jiġu maqsuma fit-tliet gruppi; grupp ta’ tmien timiiet u żewġ gruppi ta’ 7 timijiet.