Il-Pulizija f’Hong Kong sparaw il-gass tad-dmugħ fuq eluf ta’ dimostratni li ħarġu jipprotestaw kontra l-liġi ġdida li qed tipproponi ċ-Ċina għal Hong Kong.
Iċ-Ċina qed tipprova timponi liġi ta’ sigurtà nazzjonali kontronversjali li thedded l-awtonomija u l-libertajiet ċivili ta’ Hong Kong.
Id-dimostrazzjoni saret mingħajr il-permess tal-pulizija filwaqt li kisret ir-regoli tad-distanza soċjali li għandu l-pajjiż biex jikontrolla l-imxija tal-coronavirus. Bil-pulizija f’Hong Kong kellhom jirrikorru għall-gass tad-dmugħ sabiex iferxu n-nies u jżommu d-distanza.