Mara Pollakka ta’ 41 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet togħdos f’Għawdex.
Minn investigazzjoni tal-Pulizija irriżulta li fis-siegħa ta’ wara nofsinhar tal-bieraħ, l-għaddasa li kienet qiegħda x-Xatt l-Aħmar, limiti t’ Għajnsielem, intilfet minn senisha. Dan wara li telgħet mill-baħar.
Hija ttieħdet l-Isptar Ġenerali t’ Għawdex b’ambulanza, fejn iktar tard ġiet iċċertifikata li qiegħda f’kundizzjoni kritika.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa tar-Rabat Għawdex għadhom għaddejjin.