Il-Kunsill tal-Istudenti ta’ Junior College beda inizjattiva ġdida favur l-ambjent li tinċentiva l-użu tar-roti.
B’din l-iskema l-ġdida l-istudenti tal-Juniour College se jgawdu minn skont ta’ 30% meta jixtru rota ġdida.
Dan l-iskont se jkun jikkonsisti minn 20% tat-total li jiġi mroddi lura lil istudent mill-Kunsill tal-Istudenti filwaqt li 10% skont mil-ħanut.
L-istudenti kollha tal-kulleġġ huma eliġibli li jgawdu minn dan l-iskont.
Din l-inizjattiva hija party minn għaqda ta’ skemi bl-isem ta’ ‘Green Policy’ li l-Kunsill tal-Istudenti kurrenti għamel sabiex l-kulleġġ ikun iktar favur l-ambjent.
Fost l-inizjattivi li dan il-Kunsill għamel hemm uħud fejn studneti jirċievu skont meta jużaw it-tazzi tagħhom, numru ta’ sezjonijiet ta’ tindif, u kampanja ta’ informazzjoni bl-isem ‘ Save the Blue’ fost inizjattivi oħra.