Il-Gvern ħabbar tmien protokolli li wieħed għandu jsegwi meta jmur jixtri jew ibiegħ minn fuq il-monti.
Dawn huma:
- Il-bejjiegħa jridu jilbsu maskra jew visor.
- M’għandux ikun hemm aktar minn 6 persuni, inkluż il-bejjiegħ quddiem l-istess bankarella.
- Il-klijenti għandhom jilbsu maskra u jżommu 2 metri distanza minn xulxin.
- Għandu jkun hemm perspex li tifred bankarella minn oħra.
- Għandu jkun hemm handsanitizer għall-klijenti.
- Qabel jitqassmu l-prodotti għandu jintuża s-sanitizer.
- Wara li jiġi rritorna oġġett, dan għandu jiġi maħżun għal 72 siegħa qabel ma dan jerġa’ jinbiegħ.
- Għandu jkun hemm tabella biex ma jintmissux il-prodotti.