L-eks segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista l-Avukat Pawlu Borg Olivieri, esponent ewlieni tar-Repubblika, fetaħ proċeduri l-Qorti kontra l-Prim Ministru Robert Abela, l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri u l-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta Jeffrey Curmi.
Fi protest ġudizzjarju, li l-moħħ warajh hemm esponenti mill-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, lmentaw li pajjiżna mhux idaħħal immigranti.
L-eks segretarju ġenerali nazzjonalista allega ksur tad-drittijiet tal-bniedem.
Dan huwa tentattiv ieħor ta’ attakk fuq ħidmet il-Forzi Armati ta’ Malta.
F’April illi għadda, Pawlu Borg Olivier, flimkien mal-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Jason Azzopardi, preżentaw kwerela kontra s-suldati tal-Forzi Armati, l-Prim Ministru u l-Brigadier.
Bis-suldati tal-armata spiċċaw taħt investigazzjoni u qed jiġu akkużati bi qtil tal-immigranti.
Akkuża li ġorr magħha piena ta’ għomor il-ħabs.
Bħalissa għaddejja inkjesta maġisterjali fuq dawn l-akkużi.
Jiem wara li għamlu din l-allegazzjoni, l-għaqda Repubblika preżentat informazzjoni ġdida li giddbet l-akkużi li ġew preżentati fil-kwerela li fetaħ Jason Azzopardi u Pawl Borg Olivier.
L-evidenza preżentata turi li l-allegat sabutaġġ ta’ dgħajsa tal-immigranti ma kien xejn għajr proċedura normali li ssir dejjem biex jissalvaw in-nies bejn sema u ilma.
F’dan l-attakk fuq il-Forzi Armati ta’ Malta, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ħareġ jiddefendi lil Jason Azzopardi u l-għaqda tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, l-għaqda Repubblika.
Saħansitra Delia rrepeta l-akkużi.