F’konferenza tal-aħbarijiet mill-Berġa ta’ Kastilja t-Tnejn filgħaxija tħabbar li wara laqgħa li saret bejn l-Awtoritajiet tas-Saħħa mal-Arċisqof Charles Scicluna, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi u l-Isqof Mario Grech, il-Gvern iddeċieda li quddies tal-funerali tista’ tibda ssir mill-Ġimgħa li ġej.
Dawn se jibdew isiru f’postijiet speċifiċi li se jkunu determinati mill-Kurja fil-jiem li ġejjin.
Din il-miżura hija fost il-miżuri oħra li tħabbru b’rabta mal-imxija tal-Coronavirus f’pajjiżna.