F’konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ħabbar li ser jerġgħu jinfetħu diversi servizzi tas-saħħa li kienu waqfu minħabba l-imxija tal-Coronavirus f’Malta.
Fost dawn is-servizzi li ħabbar il-Ministru Fearne insibu:
- Dawk tal-kura primarja
- Appuntamenti għal persuni bid-dijabete
- Appuntamenti tal-Kardjoloġija
- Servizzi għat-trabi
- Ser jinfetħu wkoll il-bereġ
- Ser jiżdiedu s-servizzi ta’ kura tas-saħħa mentali
- Servizzi kliniċi ta’ out-patients
- Servizzi ta’ X-rays, MRI’s u ultrasounds
- Ser jiżdiedu l-operazzjonijiet mhux urġenti fosthom tal-ortopodija u tal-għajnejn,
Servizz tal-IVF - Il-missirijiet se jkunu jistgħu jkun mal-omm tul l-esperjenza kollha tal-ħlas