Minn tal-inqas persuna hija mejta wara li ajruplan Kanadiż waqa’ waqt wirja ajrubatika fl-ajru.
Il-midja internazzjonali qed tħabbar li membru ieħor li kien fuq l-ajrupan weġġa’ gravi wara li l-ajruplan iġġarraf f’residenza fil-Kanada.
Il-wirja akrobatika ttellgħet apposta sabiex tferraħ lin-nies f’dawn iż-żminijiet ta’ pandemija.
Xhieda qalu li l-ajruplan spiċċa vamp nar fit-tlugħ tiegħu u f’ħakka t’għajn waqa’.
Fi tweet ir-Royal Canadia Air Force ħabbret il-mewt traġika tal-Kaptan.