Mil-lum Spanja u l-Italja huma fost numru ta’ pajjiżi Ewropej li ser ikunu qed jillaxkaw il-miżuri ta’ lockdown.
Ristoranti u hairdressers fl-Italja ser ikunu qed jinfetħu wara aktar minn xahrejn ta’ lockdown totali madwar il-pajjiż.
Spanja wkoll ser tnaqqas il-miżuri barra minn Madrid U Barcelona hekk kif gruppi ta’ 10 min nies ser jitħallew jiltaqgħu fil-pubbliku.
Dan isegwi tnaqqis drastiku fin-numru ta’ mwiet f’dawn il-pajjiżi relatati mal-Covid-19.