Justin Mallia ta’ 22 sena minn Bormla wieġeb mhux ħati wara li ġie mixli fil-Qorti b’pussess u traffikar ta’ droga.
Huwa kien akkużat ukoll li saq vettura mingħajr assigurazzjoni u li huwa riċediv.
L-Ispettur Justine Grech spjegat li wara ġimgħat ta’ osservazzjoni il-Pulizija waqqfet vettura fi Triq il-Baċir f’Raħal Ġdid li kienet qed tinstaq miż-żagħżugħ.
Qalet li fi tfittxija li saret fil-vettura u fuq iż-żagħżugħ, instabu sustanzi suspettati droga eroina u kokaina lesti biex jiġu traffikati, u ammont ta’ flus kontanti.
L-imputat talab għall-ħelsien mill-arrest, liema talba kienet miċħuda mill-Qorti fost oħrajn fuq nuqqas ta’ affidabilità mill-imputat.