Gvern Laburista għamel dak li l-Partit Nazzjonalista lanqas kien joħlom li jagħmel, hekk kif f’perjodu qasir ġew proposti r-riformi fil-ġudikatura Maltija.
Qal dan il-Prim Ministru Robert Abela, li saħaq li għalkemm bħalissa Malta – bħall-kumplament tad-dinja – tinsab f’sitwazzjoni ta’ pandemija, il-Gvern xorta rnexxielu jagħmel dan il-pass storiku.
Il-Prim Ministru stqarr: “Waqt li għaddejjin nikkumbattu l-pandemija rnexxielna nagħmlu ħafna u ħafna iżjed u għamilna fi żmien qasir dak li ħaddieħor amministrazzjonijiet preċedenti tal-PN qatt ma riedu jmissuh għax huwa suġġett jaħraq.”
Robert Abela spjega kif l-implimentazzjoni tar-rapport tal-Kummissjoni Venezja dwar il-ħatriet tal-ġudikatura hija waħda rivoluzzjonarja u favur is-saltna tad-dritt.
Dr Abela sostna: “Din se tkun rivoluzzjonarja. Li int kellek għall-ewwel darba f’dan il-pajjiż il-Gvern li jitlaq minn idejh is-setgħa tal-ħatra tal-ġudikatura, li nfakkar tant hija influwenti u b’saħħitha l-ġudikatura. Imma għax naf li dik is-saħħa u l-influwenza li jiena rrid inħalliha taħdem bl-aħjar mod ħieles, independenti u liberu għax nemmen fis-saltna tad-dritt.”
Ftit jiem wara li għalqu l-applikazzjonijiet għall-Kummissarju Ġdid tal-Pulizija, il-Prim Ministru qal li n-numru sabiħ ta’ applikanti juri kemm hemm fiduċja fil-proċess il-ġdid u newtrali għal din il-kariga importanti.
Il-Prim Ministru saħaq: “Dak ifisser il-fiduċja li hemm fil-proċess, meta int issarraf in-numru ta’ applikanti għall-proċess dik hija li l-persuni li applikaw jemmnu fin-newtralita, fl-indeipendenza tal-proċess li dan se jkun proċess integru li minnu trid toħroġ l-aqwa mara jew raġel biex imexxu il-korp tal-Pulizija.”
Intant, il-Gvern għal darb’oħra onora l-wegħda elettorali li jindirizza anomaliji u inġustizzji tal-imgħoddi hekk kif iktar minn sebat elef persuna se jieħdu bejniethom għotjiet li jammontaw mat-€12-il miljun.
“Bħala Gvern ma qadniex noqogħod bil-legaliżmu, dak kien over time li kien mistħoqq u nħadem u allura jrid jitħallas u nedejna l-iskema. Tħallsu parti u issa komplejna din l-iskema li jkomppli jitħallas dak l-overtime għax hekk tagħmek il-ġid lin-nies. L-istess mal-eks ħaddiem tax-xatt jew mal-werrieta tagħhom”, stqarr il-Prim Ministru.
Il-Prim Ministru Abela sostna li dan huwa Gvern motivat li jagħmel il-ġid lin-nies. Iżda dan l-aġir jikkuntrasta għalkollox mal-Partit Nazzjonalista hekk kif il-kap tal-Oppożizzjoni, moħħu biss fl-elezzjonijiet.
Huwa qal: “Dan huwa Gvern li dejjem jaħseb u motivat li jagħmel il-ġid lin-nies. Filwaqt li ħaddieħor sal-bieraħ smajna lill-Adrian Delia jitħaddet dwar xquq fil-PL u li se nmorru għal snap election. Jien nifmhu li jrid ikun jaf sa kemm fadallu kap tal-PN.”
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/05/17/fil-jiem-li-gejjin-se-jinfethu-aktar-stabbilimenti-il-pm/