It-tim tan-nofs maratona t’Għawdex ħabbar li ser ikun qed iniedi ġirja virtwali sabiex ikomplu jgħollu l-livell fix-xena tal-ġiri lokali.
Dan wara li n-nofs maratona li ta’ kull sena tiġi organizzata mix-Xagħra Għawdex kellha titħassar minħabba l-imxija tal-Coronavirus. Din is-sena dan it-tim nieda rotta ġdida għat-tellieqa tan-nofs maratona, it-tieni #RunGozo Expo, il-kampanja Conquer Your Run kif ukoll saru arranġamenti oħrajn li kienu bżonnjużi sabiex din l-esperjenza titwassal bl-aħjar mod possibli. Fi stqarrija ntqal li dan kollu xorta se jsir bejn l-24 u l-25 t’April 2021.
Il-pubbliku qed jiġi mistieden biex tingħaqad ma’ ġerrejja oħra li ġejjin minn kull kantuniera tad-dinja permezz tal-ġiri waqt dawn iż-żminijiet ibsin u turbolenti.
Segwi l-linji gwida.
- Irreġistra permezz ta’ din il-ħolqa tal-Active (mingħajr ħlas).
- Iġri, waqt li żżomm ruħek sigur/a (tista’ tiġri barra jew fuq it-treadmill tiegħek).
- Irrekordja l-ġirja tiegħek billi tuża app tal-ġiri affidabbli (bħal Strava, Fitbit, eċċ.).
- Tella’ l-ġirja tiegħek fuq din il-ħolqa tal-Active.
- Irbaħ.
Il-pubbliku qed jiġi mħeġġeġ ukoll biex ittella’ l-ġirja tiegħu fuq il-grupp #RunGozo Community sabiex iħeġġeġ lill-oħrajn jipparteċipaw u jirbħu!
Kull parteċipant se jidħol fiċ-ċans li jirbaħ wieħed minn dawn il-premji kbar li ġejjin:
- Weekend break mingħand Gozo Village Holidays.
- Arloġġ Coros Pace multisports.
- Vawċer ta’ €100 mingħand Teamsport Malta.
- 3 reġistrazzjonijiet għall-avveniment li jmiss tan-Nofs Maratona t’Għawdex (2021).
- 2 reġistrazzjonijiet għall-avveniment li jmiss tan-Nofs Maratona t’Għawdex (2021).
Wara li tagħlaq il-kompetizzjoni fit-30 ta’ Ġunju, ir-rebbieħa kollha ser jiġu magħżula b’mod każwali u dawn jiġu mħabbra fuq il-pjattaformi soċjali kollha tat-tim.