Tħabbret il-mewt ta’ Joseph Bonello, eks kunsillier Labuirista f’Santa Luċija.
Għal snin twal Joseph kien attiv ferm fil-Partit Laburista partikolarment fil-Kumitat Lokali ta’ Santa Lucia, kunsillier għal diversi snin fil-Kunsill Lokali ta’ Santa Lucia u Segretarju tal-Fond Problemi tal-Qalb f’ONE Radio.
Il-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef sellem il-memorja ta’ Bonello u rringrazzjah tal-ħidma twila tiegħu fi ħdan il-partit.