Fl-aħħar sigħat f’Malta fiequ żewġ persuni mill-Coronavirus, biex b’hekk fiequ total ta’ 450 każ f’pajjiżna. Wieħed miż-żewġ persuni li fiequ għandu bejn tletin u disgħa u tletin sena u l-ieħor bejn erbgħin u disgħa u erbgħin sena.
Fl-aħħar 24 siegħa saru 1727 swab test, b’erbatax-il persuna rriżultaw pożittiv għal virus. Bil-każijiet attivi issa telgħu għal disgħin.
Fost dawk pożittivi hemm raġel ta’ tmintax-il sena li jaħdem f’ħanut u mara maltija ta’ 23 sena li taħdem f’ħanut tat-takeaway. F’dawn il-każijiet ir-riskju li xi ħadd mill-klijenti ħa l-virus huwa żgħir ħafna minħabba l-prekawzjonijiet li kienu qed jittieħdu.
Tlett irġiel oħra li l-età tagħhom tvarja bejn tmienja u għoxrin sena u tnejn u sittin sena li kollha jaħdmu f’kumpaniji privata, ukoll rriżultaw fil-pożittiv.
Is-supretendent tas-saħħa Pubblika, l-Professur Charmaine Gauci spjegat kif disa’ mill-każijiet ta’ persuni pożittivi ma’ kellhom l-ebda sintomi.
Fost dawn hemm raġel Għawdxi ta’ erbgħin sena u ieħor malti ta’ 46 sena.
Instabu wkoll pożittivi, raġel malti li jaħdem fis-settur pubbliku, raġel ta’ erba’ u ħamsin sena li jaħdem l-isptar Mater Dei, u ieħor li huwa healthcare worker.
Mara maltija li kienet qiegħda kwarantina wara li bosta persuni ħarġu pożittivi fil-ward li kienet taħdem fiha, wkoll ħarġet pożittiva.
Ħaddiema fis-settur tas-saħħa barranija wkoll ħarġet pożittiva wara li ġiet f’kuntatt ma pazjent li kellu l-Covid-19.
Il-Professur Gauci spjegat li bħalissa ħadd mill-każijiet pożittivi m’hu qed jiġi rikoverat fit-taqsima tal-kura intensiva.
Profs. Gauci spjegat kif għalkemm it-temperatura jidher li qabdet tisħon, is-sħana ma taffetwax il-qari tad-deni minn testijiet li qed isiru fil-bieb ta’ ċertu postijiet. Dan filwaqt li persuna trid tara li ma tkunx qgħadet fix-xemx qabel tagħmel it-test.
“Jekk persuna qiegħed fis-sħana, it-temperatura tal-ġisem tirregola lilha nnifisha allura avolja tkun is-sħana m’għandux jinqabad, m’għandux ikun hemm id-deni. L-iktar ħaġa importanti wkoll hija li eżatt qabel ma tagħmel dan it-test il-persuna ma jkunx qgħad fix-xemx għaliex jista’ jkollok sitwazzjoni fejn il-ġilda tisħon xi ftit allura tista’ tagħmel ftit bias fir-riżultat.”