Taljan ta’ 26 sena li joqgħod San Ġwann qed isoffri ġrieħi gravi wara argument li seħħ f’San Ġwann stess.
Il-każ ġara fil-ħamsa u nofs ta’ waranofsihhar fi Triq il-Qasab, San Ġwann.
Immedjatament meta marru l-Pulizija, li mill-ewwel investigazzjonijiet tagħhom irriżulta li l-argument seħħ bejn it Taljan u raġel ta’ 61 sena minn San Ġwann. Il-pulizija qalet fi stqarrija li waqt l-argument allegatament intuża tornavit.
It-Taljan ittieħed l-isptar Mater Dei, filwaqt li raġel ta’ 61 sena nżamm mill-pulizija għal aktar stħarriġ.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.