Mara li pruvat tisraq f’ħanut tad-djar tal-imħatri fil-Gżira ngħatat sentenza ta’ 21 xahar ħabs.
Ellie Briffa ta’ sitta u għoxrin sena orġinarjament ċaħdet li pruvat tisraq ħanut li jinsab f’Rue D‘Argens. Hija kienet twaqqfet mill-impjegat li kien qiegħed fil-ħanut.
Minkejja dan hija rnexxielha taħrab mill-ħanut b’xalla fejn għattilha wiċċha, iżda din niżżlitilha xi ftit u kienet aktar faċli għall-investigaturi biex jidentifikawha minn filmati elevate minn kameras tas-sigurtà
Il-Qorti qalet li l-akkużata għandha bżonn l-għajnuna biex tegħleb il-vizzju tad-droga. Hija kienet immultat €116.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Fabian Fleri u Colin Sheldon.