Diversi każi investigati mill-Bord ta’ Gvernanza Lokali jitfgħu dawl fuq kif Michael Fenech Adami kien imexxi l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara. It-tmexxija ta’ Fenech Adami ddur minn każ għall-ieħor ta’ abbuż u potenzjalment ksur ta’ liġi tal-Kunsilli Lokali. Każi li għalihom, Michael Fenech Adami, iddefenda ruħu ħafna drabi assisti mill-avukat Karol Aquilina, uffiċjal tal-Partit Nazzjonalista qrib ħafna ta’ simon Busuttil. Peró l-investigazzjoni sabitu ħati bi ksur tar-regoli finanzjarji tal-Kunsilli Lokali.
Fil-fatt, kollox idur ma’ ksur ta’ proċeduri finanzjarji fejn f’kuntratti ta’ eluf ta’ ewro Fenech Adami ddeċieda waħda mingħajr ma nforma lill-Kunsill Lokali. Anke meta l-ammonti ma kienux żgħar.
F’rapport dettaljat li daħal każ każ, il-bord irrakkomdanda lid-Direttur tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali biex jieħdu dawk il-miżuri li l-opinjoni tiegħu huma xierqa fil-konfront ta’ Michael Fenech Adami u l-eks Segretarju Eżekutiv tal-Kunsill Lokali li fi żmienhom seħħew l-irregolaritajiet.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/08/RAPPORT.pdf”]