Il-Parlament Ewropew qed jiddiskuti ir-rispons tal-Unjoni Ewropea għall-pandemija tal-COVID-19.
F’konferenza tal-aħbarijiet online, il-membru parlamentari Ewropew Miriam Dalli saħqet fuq ix-xiri konġunt għall-prodotti marbuta mal-Coronavirus, primarjament it-tilqima għal dan il-virus.
Qalet li dan jgħin biex il-pajjiżi l-kbar ma jibilgħux pajjiżi żgħar bħal Malta u b’hekk dawn il-prodotti, primarjament il-vaċċin ikun aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha Ewropej b’mod indaqs, fosthom dawk Maltin.