Beda jinstema’ l-każ ta’ Loiai Aljelda, Sirjan ta’ 48 sena li qed jiġi mfittex mill-awtoritajiet Ungeriżi fuq akkużi ta traffikar uman.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech bdiet tisma’ l-każ dwar it-talba ta’ estradizzjoni mill-awtoritajiet Ungeriżi.
Il-Qorti ddikjarat li l-akkużi li qed jiġi akkużat fuqhom jaqgħu taħt il-liġi ta’ estradizzjoni. Bid-difiża qajmet il-punt li l-estradant diġà ffaċċja akkużi simili u weħel 3 snin ħabs fl-Awstrija fuq akkużi simili.
Aljeda ġie arrestat nhar it-Tnejn f’Malta wara l-Pulizija rċeviet mandat t’arrest Ewropew mill-Ungerija fuq traffikar uman, kif wkoll li ffaċilita permessi ta’ dħul f’pajjiżi u residenza illegali. Reati li allegatament wettaq bejn l-2016 u 2018.
Il-każ ġie differit għal 20 ta’ Mejju. B’Loiai Aljeda baqa’ jinżamm arrestat.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Omar Zammit u Dr Kaylie Bonett mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.