Il-Professur u l-konsulent mediku Aaron Casha huwa s-sitt persuna li miet infettat bil-Coronavirus. Huwa kellu kundizzjonijiet mediċi oħra.
Huwa rriżulta fil-pożittiv għal-Covid-19 fid-9 ta’ Mejju.
Il-kirurgu tal-qalb u lettur fl-Università ta’ Malta miet fl-Isptar Mater Dei matul il-lejl li għadda, fl-età ta’ 53 sena.
Fuq il-midja soċjali kienu bosta li esprimew id-dieqa tagħhom għall-mewt ta’ Casha fosthom eks kollegi kemm fl-Universitá ta’ Malta, kif ukoll mill-isptar Mater Dei.
Bint Casha qalet li ma tistax nemmen li qed tikteb dan il-kliem.
Il-bint qalet li tinsab kburija li għamlet minn kollox biex missierha jħossu komdu, mifhum u maħbub. Hija tħossha xxurtjata li kellha lilu bħala missierha.
Qalet li se tħoss in-nuqqas tad-diskursati u l-mumenti fejn kienu jaqsmu l-interessi tagħhom imma qalet li l-unika konsolazzjoni li għandha hi li taf li issa jinsab f’post aħjar u li ma għadux jissielet mal-ħajja.
Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba tar-raġel. Appella biex il-poplu jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, għax hekk biss nistgħu nipproteġu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/05/13/ragel-ta-53-sena-li-kellu-kundizzjonijiet-medici-kronici-miet-infettat-bil-covid-19/