Ftit tal-jiem wara li kienet approvata skema ta’ żewġ miljun ewro biex iktar persuni jinvestu f’panelli fotovoltajċi, l-awtorità tal-Ippjanar tat permess għall-installazzjoni ta’ bosta pannelli fuq l-impjant tad-drenaġġ f’Ta Barkat fix-Xagħjra.
Dan hu proġett ieħor li mistenni jikkontribwixxi biex pajjiżna jkompli jilħaq il-miri ta’ 10% ġenerazzjoni ta’ elettriku minn enerġija rinovabbli sas-sena 2020. Kif mistenni l-panelli se jsiru fuq l-impjant. Għalkemm mhux se jkun mgħotti kollu kemm u hu mifrux fuq medda ta’ 2520 metru kwadru.
Il-proġett mhux se jieħu art verġni jew ODZ u l-pannelli mhux se jkollhom impatt viżwali fuq il-madwar. Fost il-kundizzjonijiet li hemm marbuta mal-permess hemm dak li l-post irid jinġieb fl-istat li hu llum jekk kemm –il darba l-panelli jiżżarmaw. Dan il-progġett huwa wkoll skont il-politika tas-solar farm fejn strutturi kbar bħal dan l-impjant, u binjiet tal-gvern jintużaw għal dan il-għan.