Fil-Korea t’Isfel kienu rrappurtati 94 każ ġdid ta’ Coronvirus li kienu fi stabbilment tad-divertiment.
F’dan il-pajjiż reġgħu ngħalqu l-ħwienet tax-xorb u postijiet tad-divertiment f’Seoul. Dan minħabba li kien hemm żieda fin-numru ta’ każijiet ta’ Coronavirus u minħabba l-biża’ li tista’ tfeġġ it-tieni mewġa ta’ infezzjonijiet.
Saħansitra ġie pospost il-ftuħ tal-iskejjel li kellhom jiftħu f’din il-ġimgħa.
L-ewwel mewġa ta’ Coronavirus kienet ikkontrollata b’mod tajjeb. Infatti l-istrateġija li ħaddem dan il-pajjiż kontra it-tixrid tal-Coronavirus kienet meqjusa bħala suċċess.
Minkejja dan, f’dan il-pajjiż huwa diffiċli li jagħmel contact tracing peress li kien hemm xi persuni li taw informazzjoni falza.
Għalkemm l-Uffiċjali tas-Saħħa qed jagħtu l-opportunità li wieħed jagħmel l-iswab test b’mod anonimu.
Ritratt: BBC