Fil-jum iddedikat lill-infermiera, huwa doveruż li l-Partit Laburista jfakkar u jirringrazzja lil tant infermiera li jagħtu saħħithom u ħinhom sabiex ikunu qrib il-pażjenti.
Il-professjoni ta’ infermier hija vokazzjoni li f’dawn l-aħħar ġimgħat, fil-ġlieda li pajjiżna qed jagħmel kontra l-pandemija Covid-19, qed tidher biċ-ċar aktar l-importanza tagħha, meta dawn l-infermiera qed jagħmlu tant sagrifiċċji, b’uħud anke mċaħħdin mill-familjari tagħhom stess, sabiex tingħata l-aħjar kura lil min għandu bżonn.
Din il-ħidma qed isir bħala tim wieħed flimkien mal-ħaddiema kollha fil-qasam tas-saħħa ta’ pajjiżna li bħala poplu Malti u Għawdxi, huwa żgur grat.