Ħadd ma weġġa’ wara li żewġ karozzi ħadu n-nar ġewwa ż-żona tal-parkeġġ tal-istabbilment tal-Lidl f’Santa Venera.
Il-każ seħħ għal ħabta tal-5:30 ta’ wara nofsinhar fi Triq il-Misraħ meta membri mid-dipartipemnt tal-protezzjoni Ċivili ġew msejħa fuq il-post wara li żewġ karozzi nħakmu min nirien.
In-nar ikkawża wkoll ħsarat fiż-żona ta’ parkeġġ.
Fuq il-post issejħu l-pulizija u ħaddiema tat-tifi tan-nar li kkontrollaw is-sitwazzjoni.
Fuq il-post issejħet ambulanza iżda ħadd ma kellu bżonn jittieħed l-isptar.
Għal xi ħin nies fl-istabbiliment ġew evakwati.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta.