Josef Zammit 28 sena minn Bormla wieġeb mhux ħati u nżamm arrestat b’rabta ma’ allegat traffikar tad-droga, wara li twaqqaf mill-Pulizija meta kien qed isuq karozza f’Ħaż-Żabbar.
Fi tfittxija li saret fil-karozza, instabu numru konsiderevoli ta’ qratas bit-trab abjad u kannella suspettata droga kokaina u eroina, lesti għat-traffikar, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti.
Fil-karozza miegħu kien hemm ukoll tfajla ta’ 15-il sena.
It-tfittxijiet mill-Pulizija ssoktaw f’żewġ residenzi f’Bormla, fejn instabu aktar oġġetti relatati mad-droga, flus kontanti, pistola u munizzjon.
Huwa ġie akkużat bil-pussess aggravat tad-droga, pussess ta’ arma tan-nar u munizzjon, ħasil ta’ flus u li pparteċipa f’atti sesswali ma’ persuna taħt l-età.
Għall-akkużat dehru l-avukati Franco Debono u Marion Camilleri.