F’laqgħa virtwali mal-Ministri tal-Finanzi kollha taż-Żona Ewro, il-Ministru Edward Scicluna laqa’ l-ftehim għall-pakkett t’għajnuna għall-kriżi tal-Pandemija mill-Mekkaniżmu Ewropew tal-Istabbiltà.
Dan il-pakkett ser ikun disponibbli għall-kull stat membru tal-Unjoni Ewropea sabiex jintuża għall-finanzjamenti domestiċi diretti jew indiretti ta’ saħħa, kura u spiżi għall-prevenzjoni relatati mal-Covid-19.
Kull stat membru se jieħu daqs 2% tal-Prodott Domestiku Gross tiegħu.
Waqt din id-diskussjoni l-Ministru Scicluna spjega li hemm bżonn iktar trasparenza mill-Kummissjoni sabiex tinkoraġixxi aktar self pubbliku mill-banek.
Il-ġimgħa d-dieħla l-Ministri tal-Finanzi ewropej ser ikunu qed jerġgħu jiltaqgħu sabiex jiddiskutu miżuri mmirati li jassistu l-irkupru tal-ekonomija Ewropea.